Bosta qed isellmu l-memorja ta' Fr Lino Spiteri li ħalla din id-dinja sigħat ilu.

Fosthom kien hemm il-Parroċċa ta' San Publiju tal-Furjana li saħqet li Fr Lino se jibqa' mfakkar l-iżjed "għall-kariżma tiegħu u għas-servizz twil li ta".

Kien hemm ukoll in-neputi tiegħu Rueben Spiteri li faħħar ix-xogħol siewi li zijuh kien irnexxielu jagħmel meta għen, għallem u ispira numru sostanzjali ta' studenti.

"L-għerf tiegħu mess il-ħajja ta' bosta u hu għalhekk li l-memorja tiegħu se tibqa' ħajja," saħaq Rueben li sellem il-memorja tiegħu.

Strieħ fis-sliem, Fr Lino!

Ritratti: Facebook / Parroċċa San Publiju Furjana u Reuben Spiteri


Cristian Tonna