Il-Prim Ministru ta' Malta Robert Abela sellem lil Toni Abela li wasal fl-età tal-irtirar. Hu jikteb, "Dalgħodu attendejt għall-aħħar seduta tal-Imħallef Toni Abela li wasal għall-età tal-irtirar wara li serva b'tant integrità fuq il-bank tal-ġudikatura. L-għarfien li kellu dejjem użah biex jaqdi r-Repubblika ta' Malta."
Hu jkompli, "Huwa kien fost l-ewwel avukati fl-istorja li ngħaqdu fuq il-bank tal-ġudikatura wara li għaddew b’suċċess mill-iskrutinju tal-Kumitat dwar Ħatriet fil-Ġudikatura. Dan wara li biddilna l-metodu tal-ħatra tal-ġudikanti biex irħejna minn idejna l-poter li naħtru aħna bħala Gvern lill-ġudikanti."
Robert Abela jtemm billi jgħid, "Dak li kien iħoss kien jgħidu iżda dejjem b'rispett u bi ħsieb biex iwassal messaġġ ċar favur is-sewwa u dak li hu ġust. Sa dalgħodu stess għaddielna messaġġ favur l-amministrar rett tal-ġustizzja. L-Istat grat lejk."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Toni Abela għal din il-parti f'ħajtu. Żgur li ħaqqu li jieħu ftit mistrieħ wara snin ta' tant ħidma.
Facebook / Robert Abela