Il-Membru Parlamentari Miriam Dalli kitbet messaġġ mill-qalb fuq il-paġna uffiċjali tagħha, iddedikat lir-raġel tagħha hekk kif illum jiċċelebraw il-ħmistax il-anniversarju tagħhom.

Hi kitbitlu, “Bħal-lum 15 -il sena ilu, għedna ‘iva’ lil xulxin... u b’xi mod, ħadd minna ma staqsa għal refund! Ma nistax nemmen li rnexxielna nqattgħu deċennju u nofs ta’ memorji sbieħ u ċ-ċajt ‘uniku’ tiegħek. Kellna tlajja u nżul, u xi sfidi matul iż-żmien, imma onestament, ma rridx inqatta’ ħajti ma' ħadd iżjed.”

Żiedet tgħid kemm hi eċitata biex tqatta’ iżjed snin ta’ mħabba u memorji sbieħ miegħu.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali! Nawgurawlhom għal ħafna iżjed snin ta’ mħabba u ferħ flimkien!

Facebook / Miriam Dalli


Gabriella Borg