Antonella hija persuna gay. Omm Antonella kienet tattendi komunità ta' talb f'Malta. Fil-Komunità, lil ommha kienu jgħidulha li bintha qed tgħix fid-dnub għax hija gay. Imbagħad Antonella qabadha cancer. U fil-Komunità, lil ommha qalulha li dak kien kastig minn Alla għax kienet qed tgħix ħajja omosesswali.

Illejla, Antonella se tirrakkonta l-istorja kollha għall-ewwel darba fl-ewwel episodju tal-programm 'L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa.' Ftit sigħat qabel jibda l-programm tal-lejla, aħna tkellimna ma' Mark Laurence. "L-investigazzjonijiet li għamilna juru li Antonella mhix l-unika persuna li għaddiet minn stejjer bħal dawn.

Oħrajn qalulna li telqu minn komunitajiet Kattoliċi ta' talb wara li qalulhom li fl-isem ta' Ġesù u tat-tagħlim tiegħu ma setgħux jivvutaw fl-Elezzjonijiet, ma setgħux ikunu ħbieb jew għarajjes ma' nies barra mill-Komunità, ma setgħux jieħdu kura għal mard serju u li jekk jitilqu mill-Komunità, il-familja u l-ħbieb se jabbandunawhom u se taqa' saħta fuqhom," qalilna.

Jekk dawn l-allegazzjonjiet huma vera, allura dawn huma affarijiet serji ħafna li qed jiġru f'Malta bħalissa, u fil-programm illejla se jiltaqgħu grupp ta' esperti, inkluż rappreżentant tal-Knisja, biex iwieġbu u jiddiskutu.

L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa jixxandar fuq TVM bħalissa fuq TVM.


Anthony Baldacchino