Il-Parroċċa taż-Żebbuġ, Għawdex, ħabbru l-mewta ta' Ġużeppi Camilleri, li kien jgħix fi Triq Għajn Mhelhel.

Camilleri ħalliena llum fl-età ta' 82 sena.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta li ġej, 28 ta' Marzu. Fl-16:30 se jitlaq il-katavru mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fil-16:45 se jibda t-Talb tas-Salmi, u fil-17:00 se tibda l-quddiesa fil-Knisja Parrokjali taż-Żebbuġ.

Il-Parroċċa kitbu: "Il-Komunità Parrokkjali titlob għalih u tingħaqad mal-familjari f’dan il-mument ta’ fidi."

Strieħ fis-sliem, Ġużeppi, u kondoljanzi lill-qraba kollha tiegħu.

Facebook / Żebbuġ Gozo Parish


Bradley Cachia