Minn nhar il-Ħamis li ġej, fuq l-istazzjon ONE se jibda l-programm televiżiv bl-isem ta' Grilling. Programm li se jkollu personalitajiet jew uċuħ li żgur li nafuhom u li se jkunu qed iwieġbu mistoqsijiet xejn faċli, mistoqsijiet li forsi f'intervisti oħra jaħarbu jew mistoqsijiet li ma jsirux.

L-ewwel mistieden ħa jkun Joseph Portelli, żviluppatur lokali minn Għawdex, li żgur m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni. Joseph se jkun qed iwieġeb fuq diversi suġġetti inkluż fuq il-futbol. Probabbli kulħadd jiftakar meta rnexxielu jiskurja l-gowl tar-rebħa għan-Nadur u kellu x-xewqa wkoll li jilgħab għall-klabb tal-Ħamrun, klabb li ħadem mill-qrib miegħu u għen biex jissaħħaħ ukoll.

Fuq Grilling, Joseph jgħid li għal Ħamruniżi, il-futbol huwa verament importanti saħansitra jasal biex jgħid li jiġi eżatt wara Alla. X'taħsbu dwar dan?

Facebook / Grilling fuq ONE


Emil Calleja Bayliss