Illum huwa jum speċjali immens għall attur u direttur Michael Vella Haber u għall-attriċi Mary Rose Vella Haber hekk kif qed jiċċelebraw jum l-anniersarju tagħhom. Iżżewġu fis-7 ta’ Awwissu tal-1976 u qed jiċċelebraw it-48 anniversarju tagħhom. Għandhom 3 ulied kif ukoll huma nanniet.
Michael u Mary Rose jaqsmu l-passjoni tagħhom lejn l-irreċtar flimkien, hekk kif rajnihom f’diversi proġetti u sensiliet mill-isbaħ fuq it-televiżjoni. Fost l-aktar xogħol popolari tagħhom narawhom fi Ħbieb u Għedewwa fejn Michael interpreta l-parti ta’ Decelis u Mary Rose rajniha bħala Yvonne. Ħadmu wkoll f’aktar sensiliet bħal ngħidu aħna Katrina u Manwela.
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom jum mill-isbaħ u aktar snin ta’ kuntentizza!