Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qasam aħbar pożittiva għas-saħħa f'Malta. Huma jħabbru, "Issir l-ewwel proċedura ta’ Transsphenoidal Surgery f’Malta."

Huma jżidu, "Id-Dipartiment tan-Newrokirurġija fl-Isptar Mater Dei wettaq l-ewwel proċedura ta’ Transsphenoidal Surgery permezz ta’ kirurġija pitwitarja endoskopika minn tim lokali f’Malta. Dan l-intervent kien possibbli permezz tal-investiment li sar f’tagħmir ġdid li jiswa madwar €700,000, kif ukoll wara taħriġ intensiv."

Din żgur aħbar tajba għal Malta u l-Maltin! Investiment li ċertament se jibbenefikaw minnu l-Maltin!


Emil Calleja Bayliss