Missier Zaylen ħabbar li l-aħħar tislima lil ibnu se tkun qed tingħata s-Sibt li ġej fit-8:00 ġewwa l-Għargħur. Hu saħaq li kulħadd hu mistieden jattendi iżda talab sabiex jekk inhu possibbli kulħadd jilbes l-abjad u l-blu sabiex tiġi mfakkra l-innoċenza u l-ferħ li dejjem kien iġib miegħu Zaylen.
"Biex infakkruh b'mod li tassew jirrifletti l-karattru u l-innoċenza tiegħu, se jinbena bandli ġdid f'post li tant kien iħobb," ħabbar missier Zaylen li spjega kif dan il-post se jkun qed jingħata l-isem ta' Zaylen's Playground u talab ukoll lil kull min se jattendi l-funeral sabiex minflok fjuri jagħti donazzjoni b'risq dan il-proġett.
"Minn qalb nirringrazzjakom tal-imħabba, tal-preżenza tagħkom u tat-talbiet f'dan il-mument diffiċli," temm jikteb b'sens ta' gratitudni l-missier.
Strieħ fis-sliem, Zaylen!
Ritratti: Facebook / Darryl Borg