Illum tiċċelebra għeluq sninha t-tifla ta' John Bundy Samyra, f'dan il-jum speċjali John jaqsam ritratt mill-jum tat-tieġ tagħha u jgħaddilha messaġġ ħelu biex jawguralha.

John jibda billi jgħidilha, "Illum niċċelebraw lil din il-mara sabiħa u ħabrieka, illum niċċelebraw dik il-ġurnata li marti u jien sirna kompluti, illum niċċelebraw lit-tifla tagħna Samyra, mart u omm eċċezzjonali għax hekk jixirqilha."

Hu jżid ma' dan, "Awguri Samyra u grazzi tal imħabba u r-rispett li jfawwar minnek lejna u lejn kull min imiss miegħek. Kburin ħafna bik. Mama u papa."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Samyra l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss