Ilbieraħ filgħaxija, l-arpist u l-multiinstrumentalist Jacob Portelli għamel kunċert speċjali għal udjenza tassew speċjali.

Hu daqq għall-pazjenti li bħalissa qed jgħixu fl-appartamenti ta' Puttinu Cares. Il-familjari ta' dawn il-pazjenti kienu mistednin ukoll.

Puttinu Cares irringrazzjaw lil Jacob u wrew apprezzament kbir għat-talent tiegħu.

Prosit, Jacob!


Bradley Cachia