Kien sentejn ilu meta l-kantant Fabrizio Faniello rnexxielu jegħleb u jirbaħ battalja li kienet bidlitlu ħajtu ta' taħt fuq.
B'karattru sod u rieda qawwija Fabrizio beda ħajja ġdida mingħajr perikli u għażel li jibża' għalih innifsu u għal ta' madwaru li tant iħobbuh. Marilyn Mizzi tefgħet xi ritratti ta' Fabrizio waqt gradwazzjoni speċjali - avveniment meta Fabrizio gradwa fil-ħajja tiegħu.
"Illum huwa Jum il-Missier , però għalina u għall-familja tagħna huwa jum speċjali mmens. Bħal-lum sentejn int gradwajt fil-ħajja tiegħek". Marilyn tisħaq li jinsabu kburin bih u bil-mod kif irnexxielu jaqbad it-triq li waslitu għal rebħa kbira. "Illum persuna totalment ġdida persuna b'valuri, persuna li tapprezza l-ħajja , u bl-aktar mod persuna soda , persuna lejn il-Mulej u li nemmen li mexa l-mixja miegħek biex inti għadek għaddej sod aktar minn qatt qabel".
Tagħlaq billi tirringrazzja lil kull min kien hemm għal Fabrizio u għall-familjari tiegħu fil-mument li l-aktar kellhom bżonn.