Illum Jolene Micallef tagħlaq sninha, l-attriċi lokali li żgur niftakruha fis-sensiela Gizelle li kienet ixxandret numru ta' snin ilu iżda ħafna għadhom isemmugħa u jsegwuha sal-ġurnata tal-lum. F'Gizelle, Jolene kienet tinterpreta l-parti ta' Pepprina, waħda mit-tnax-il tfajla fis-sensiela bl-isem ta' fjuri varji.
Dan l-aħħar lil Jolene rajnieha wkoll tieħu sehem fis-sensiela La Tħobbnix li kienet tidher fuq it-TVM. Jolene hi omm ukoll, u xi ħaġa dwarha li ġieli stqarret kienet li tibża' mill-għoli.
Jolene irċeviet diversi xewqat sbieħ f'dan il-jum fosthom mingħand Mariella Abela. "Happy Birthday lis-sabiħa Jolene. Jien tant ixxurtjata li għandi lilek f'ħajti u parti mill-ġmiel ta' familja tiegħi. Ibqa' Kif Int Għax Int Tant Speċjali. Inti Teżor."
Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Jolene l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali!