Il-kantant Gunther Chetcuti llum qed jiċċelebra l-ġurnata speċjali ta’ ommu Doris Chetcuti li kitbet bosta kanzunetti lokali.
Fuq il-midja soċjali tiegħu hu kitbilha paragrafu verament emozzjonali biex juri kemm japprezzaha. Hu kiteb, “Awguri f’għeluq sninek mama. Nawguralek ġurnata mill-isbaħ, eżatt bħal qalbek tad-deheb. Il-ġentilezza u l-imħabba tiegħek isebbħu l-ħajja ta’ kull min ikun madwarek. Jiena verament fortunat li għandi lilek u nittama li din is-sena tagħtik ferħ daqs kemm inti tajt lili. Inħobbok bla tmiem!”
Hu żewwaq dan il-kliem b’ritratt ta’ ommu bilqiegħda fuq bank bi tbissima ħelwa fuq fommha. Verament jidher li għandhom relazzjoni mimlija mħabba bejniethom. Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant speċjali!
Gunther Chetcuti