L-attivista Maria D’Amato appellat għall-għajnuna biex jinstab post sigur għal kelb marid.
“Għandna bżonn għajnuna urġenti biex insalvaw lil dan il-kelb. Sirt naf b’każ ġenwin. Kelb mans għandu s-sandfly disease u qiegħed f’kundizzjoni ħażina. Sidu ma jistax jieħu ħsiebu minħabba ċirkostanzi personali, jekk joġħġobkom TIĠĠUDIKAWX, agħtu biss soluzzjonijiet u kompassjoni.”
Kompliet tispjega li l-kelb għandu bżonn x’imkien sigur u nadif fejn jista’ jirkupra u jirċievi l-għajnuna li għandu bżonn. Hi se tkun qed tħallas kull spejjeż mediċi u l-ispejjeż lli jintużaw biex jirċievi kull ma jkollu bżonn.
“Ejjew nagħtu lil din ir-ruħ ħelwa l-għajnuna li għandha bżonn u li jistħoqqilha,” żiedet tgħid.
Facebook / Innocent Paws - Maria D'Amato