Żgur li m'għandha bżonn ta' ebda introduzzjoni għall-qarrejja ta' Gwida.mt. Eileen Montesin se tkun qed tingħaqad ma' Valerie Vella biex tippreżenta s-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024.
Il-paġna tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tikteb, "Nintroduċu lil Eileen Montesin li se tkun qed tippreżenta l-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza ta' din is-sena. Il-biljetti se jkunu għall-bejgħ mill-Erbgħa 14 ta' Awwissu."
Eileen hija magħrufa għalkemm tħobb it-talent lokali, fejn dejjem ħadmet biex tagħti diversi opportunitajiet fuq it-televiżjoni lill-atturi u anke lill-kantanti. Forsi ħafna jiftakru s-sensiela Don't Stop Me Now fejn numru ta' kantanti kienu jissietu fi sfidi varji biex jirbħu l-programm.
Minnu ħarġu numru ta' kantanti stabbiliti fosthom Kurt Calleja, Dario Bezzina, Francesca Borg, Joseph Refalo, Lyndsay Pace, Franklin Calleja fost oħrajn.
Awguri għal din l-avventura ġdida Eileen. Ħerqanin narawk tmexxi s-serata ma' Valerie. Żewġ preżentaturi li l-esperjenza tagħhom żgur hi xhieda tas-suċċess li kisbu tul is-snin.
Ġ