Dorianne Mamo u Joanna Camilleri żgur li m'għandhom bżonn ta' ebda introduzzjoni mat-telespettaturi lokali. Dawk li kienu qed isegwi l-EURO 2020 u l-programmi sportivi fuq TVM żgur li huma familjari magħhom it-tnejn.

Il-preżentaturi mil-lejla, ħa jkunu qed jingħaqdu flimkien sabiex iwasslu programm divertenti lit-telespettaturi ta' TVM2 bl-isem ta' Sport Sajf. F'Malta għandna temp mill-isbaħ li bla ma trid jgħidlek oħroġ u gawdih, u b'hekk fis-sajf wieħed jista' jagħmel diversi attivitajiet.

Dorianne u Joanna ħa jkunu qed iwasslulna programm biex jagħtu spazju lil dak l-isport li jiġi pprattikat fis-sajf. Kultant anqas nimmaġinaw kemm-il attività tista' ssir f'pajjiżna u x'tip ta' sport jiġi pprattikat f'dan l-istaġun.

Huma jħeġġu lit-telespettaturi jingħaqdu magħhom kull nhar ta' Ġimgħa fid-20:45 fuq TVM2. Aħna f'isem Gwida.mt nawgurawlhom kull suċċess.


Emil Calleja Bayliss