Il-ġimgħa li għaddiet, fl-aħħar programm ta' Distintivi, tkellmu fuq l-iħirsa, l-ispirti u dak kollu li għandu x'jaqsam mal-paranormali. Fost il-mistiedna fuq il-panel kien hemm Christabelle, magħrufa aħjar bħala Belle.

Belle rrakkontat esperjenza ta' meta kellha xi 10 snin. Hi kienet rieqda għand in-nanna tagħha, u xħin fetħet għajnejha tara r-raġel għarukuptejh ħdejn is-sodda, libes suit griża, b'xagħru abjad u b'idejh fuq is-sodda.

Belle bdiet tibża' u għalqet għajnejha, qabdet id in-nanna tagħha u reġgħet raqdet. L-għada bdiet tirrakkonta lin-nanna tagħha dak li rat u mid-deskrizzjoni li tat, in-nanna qaltilha li dak x'aktarx kien in-nannu tagħha.

Belle tistqarr li n-nannu hi ma tafux u qat ma ltaqgħet miegħu. Qatt ma kellha esperjenza oħra simili imma temmen f'dawn l-affarijiet.


Emil Calleja Bayliss