Fil-ġimgħa tal-Eurovision Song Contest, Ryan u Josmar fost il-mistiednin tagħhom kellhom lil Chiara. Chiara li rrappreżentat lil Malta tliet darbiet fil-Eurovision Song Contest, darbtejn irnexxielha twassal mal-ewwel tliet postijiet u fit-tielet avventura tagħha wasslitna sal-finali ta' dan il-konkors.

Jintervista lil Chiara kien hemm il-fanatiku Joseph Pace li ilu jsegwi u jattendi l-Eurovision Song Contest għal bosta snin. Ovvjament ma setax ma jissemmix il-famuż Eurovision tal-1998, il-Eurovision li fih Chiara kienet 7 punti biss milli tirbaħ permezz tal-kanzunetta The One That I Love.

Chiara dakinhar kienet spiċċat fit-tielet post ta' dan il-festival prestiġjuż. Kien l-aqwa riżultat għal Malta mill-1992, meta Mary Spiteri spiċċat fit-tielet post b'Little Child. Chiara tgħid li dik is-sena hija ma kinitx mal-favoriti anzi ħafna bdew ipoġġu lil Malta mal-aħħar tliet postijiet iżda ssorprendiet lil kulħadd.

Għalkemm forsi ħadd ma kellu aspettattivi ta' xejn hi ħarġet tat dak kollu li setgħet u saħħret l-Ewropa wara l-kanzunetta u l-vuċi tagħha. Il-votazzjoni kienet tassew viċin dakinhar. Malta u l-Iżrael jiġġieldu għall-ewwel post iżda kien hemm ħafna ħin fejn Malta kienet proprju fil-quċċata tal-votazzjoni.

Kien fadal pajjiż wieħed biss biex jivvutalna. Kien il-Maċedonja u kif dal-pajjiż ma tana l-ebda punt sas-7 punti, ħafna ħasbu li r-rebħa hija ta' Malta. Dan għaliex pajjiż wieħed kien ma taniex punti sa dak il-ħin u bi 8 punti l-kanzunetta The One That I Love kienet tirbaħ il-Eurovision Song Contest.

Sfortunatament il-punti ma ġewx lejn pajjiżna. Chiara tgħid li kulħadd kien dar fuqha, talbuha tneħħi t-tag u bdew jippreparawha biex tkanta sakemm f'daqqa u l-ħin sabet ruħha weħidha. Hi tistqarr li dakinhar bħal qishom tawha t-trofej u ħadulh lura. Tara kemm tara dak il-mument tistqarr li donnha tippretendi li ħa jiġu l-punti lejn. Araw l-intervista tagħha hawn taħt.


Gwida.mt