Waħda mill-mistednin waqt Kuxjenza hi Charmaine Ferriggi, omm Kate, it-tifla li kontinwament qed tikkumbatti biex tagħmel progress f'ħajjitha. 

"Għal binti Kate nagħmel kollox, minkejja l-isfidi, Kate hija l-barka ta' ħajti," tgħid Charmaine. "Ikolli mumenti ta' rabja u biki... imma ngħid bil-biki u r-rabja x'ħa nieħu lura?..." tkompli tistqarr waqt Kuxjenza Charmaine.

Il-programm Kuxjenza din il-ġimgħa se jixxandar il-Ħamis fis-13.15 fuq TVM News+ u l-Ħadd fl-10.30 minħabba bidliet fl-iskeda.


Kyle Zarb