Waqt Manicolo & Co ma' Jurgen, kienu mistednin Daniel u Ylenia, li fiż-żmien viċin ser inkunu qed narawhom jiżżewwġu! Kien vjaġġ mill-isbaħ u romantiku li bejn fuq il-midja soċjali u bejn fuq ir-radju fejn jaħdmu flimkien, rajna l-bidu tiegħu.

Rajniehom bħala kollegi, mbagħad ħbieb kbar, mbagħad skoprejna li qed joħorġu flimkien, u sakemm rajna lil Daniel jipproponi lil Ylenia waqt vaganza! Issa t-tieġ jinsab wara l-bieb. 

Fost l-affarijiet li tkellmu dwarhom kienet l-ewwel żifna li se jkollhom, il-kanzunetta li Ylenia ma tantx tixtieq li tindaqq fit-tieġ tagħha, kif ukoll rajna idea skont l-AI kif ħa jkunu qed jidhru dakinhar tat-tieġ. Jurgen bl-AI irnexxielu jagħti idea kif ħa jidhru l-klieb li jrabbu Max u Mia dakinhar tat-tieġ.

Skopri r-reazzjonijiet tagħhom, rakkonti u aktar hawn taħt! 

Facebook/ Ylenia Spiteri


Kyle Zarb