Il-preżentatur, attur u artist lokali jaqsam li llum qed jiċċelebra anniversarju speċjali mmens. 26 sena mill-ewwel darba li xandar l-ewwel programm tiegħu fuq Radju 101, illum magħruf bħala NET FM.

Indri jaqsam żewġ ritratti mill-past filwaqt li jikteb, "Bħal lum 26 sena xandart l-ewwel programm fuq Radio 101. Mixja li laqqatni ma' ħafna nies. Mill-qalb grazzi lil dawk li tawni l-appoġġ f'din il-passjoni li għandi għax-xandir."

Aħna nawguraw lil Indri ħafna aktar snin fejn ikompli jżomm kuntatt mas-semmiegħa tiegħu, kumpanija li żgur li ħafna japprezzaw. Speċjalment dawk li jinsabu weħidhom d-dar. Dawn japprezzaw tant il-kuntatt li programmi tar-radju u tat-televiżjoni jżommu.

Awguri għal aktar snin fix-xandir Indri!

Facebook / Indri Attard


Emil Calleja Bayliss