NnG ħabbru l-mistieden tal-kunċert li ħabbar it-Tnejn li għadda t-tenur ċelebri Joseph Calleja. Il-kunċert mistennji jsir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar il-Ġimgħa 4 ta' Settembru.
Il-mistieden speċjali tiegħu ħa jkun il-kantant Zucchero magħruf fl-Italja bħala missier il-blues. Uħud mis-suċċessi tiegħu jinkludu; Diamante, Il Volo, Baila morena, u d-dwett Senza una donna.
Zucchero magħruf ħafna għas-suċċess mill-aqwa li kiseb tul is-snin. Hu biegħ aktar minn 60 miljun kanzunetta u rebaħ ukoll numru ta' kompetizzjoni u premji prestiġġjużi inkluż Festivalbar, l-Wind Music Awards, World Music awards u saħansitra kellu nominazzjoni għall-Grammy Award.
Din mhux l-ewwel darba li ħa narawh ikantaw ma' Joseph Calleja. Donnu li Zucchero jħobb jagħmel kollaborazzjonijiet ma' diversi artisti. Rajnieh ma' Eric Clapton, Brian May, Miles Davis, Ray Charles, B. B. King, Sting, Bono, Luciano Pavarotti, Andrea Bocelli fost oħrajn.
Facebook / Joseph Calleja