jon lukas woodenman kien intervistat minn Julian Holland dwar it-tifkiriet li għandu ta' Sonny Monte. Fir-rakkont tiegħu, mar lura għas-snin 60 fejn kienu għadhom tfal u kien jqattgħu ħafna ħin flimkien. Interessanti l-fatt li Sonny Monte kien ingħaqad ma' band flimkien ma' Louis Grech li aktar tard sar il-Viċi Prim Ministru ta' Malta. Sonny kien il-kantant prinċipali.

Jon Lukas jiftakru jmur jarah ikanta waqt is-shows tiegħu u saħansitra jimitah waqt din l-intervista. Jgħid ukoll li ġieli kien isaqsieh biex jitla' jkanta kanzunetta u ma kienx iħallieh fil-bidu u mbagħad Sonny ddeċieda li jmur Londra. Jirrakonta bosta memorji ta' kif kienu jqattgħu ż-żmien anke meta mar iżuru f'Londra.

Jon Lukas jgħid li kien ftit frustrat bħala artist imma fil-'cabaret shows' kien ikun speċjali. Kellu ħabta ma jaħsibhomx bħal eżempju jmur ipoġġi fuq tfajla ta' xi ħadd waqt spettaklu, imma Jon Lukas jistqarr, li dak huwa l-ispettaklu!

Sonny Monte kien ukoll ikun residenti fi programm televiżiv Sibtijiet Flimkien flimkien ma' Norman Hamilton. Ħalla din id-dinja fl-2003. Bosta stqarru li kienet telfa kbira għax-xena mużikali Maltija. Kos hux?! Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Din l-intervista saret fl-24 ta' Frar tal-2012 u qatt ma dehret qabel. Saret bi produzzjoni ta' Julian Holland u l-filmat sar minn Henry Zammit Cordina li ħa ħsieb ukoll il-muntaġġ.

Grazzi ta' dak li qsamt magħna Jon Lukas. Insellmu l-memorja sabiħa ta' Sonny Monte!

Ritratt: Facebook/ Jon Lukas Woodenman


Clifford Galea