Il-ġbid tat-tieni staġun ta' X Factor Malta għaddej ġmielu, infatti llum qed jiffilmjaw it-tieni ġurnata tar-room auditions ġewwa l-Esplora fil-Kalkara. Il-preżentatur ta' din l-edizzjoni, kif ġie mħabbar aktar kmienu hu għal darb'oħra Ben Camille.

View this post on Instagram

A post shared by Ben Camille (@ben.camille) on

Ben sar missier għall-ewwel darba ftit xhur ilu u kull min isegwi lil dan il-preżentatur, jaf kemm għandu għal qalbu t-tifla tiegħu Elle. Ngħidu kif inhi verament ġojjel prezzjuż! Mhux l-ewwel darba li qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar xi jħoss meta jkun ’il bogħod minnha.

View this post on Instagram

A post shared by X Factor Malta (@xfactormalta) on

Aktar kmieni llum, Ben kellu sorpriża ħelwa tistennieh għax ġiet iżżuru ċ-ċkejkna Elle fuq is-sett ta' X Factor. Wiċċ il-preżentatur xagħal u tbissima fuq fommu hija evidenti. Ma tantx tidher li tiddejaq Elle quddiem il-kamera, tgħid għad isegwi fuq il-passi ta' missiera?

Instagram / Ben Camille


Emil Calleja Bayliss