Il-ġimgħa li għaddiet, il-preżentatriċi Rachel Vella qasmet filmat ta' meta kienet intervistata fuq Xarabank dwar il-programm popolari Tista' Tkun Int. Għalkemm għaddew tant u tant snin, il-programm tista' tgħid baqa' fil-qlub tal-Maltin u Għawdix. Ir-raġuni prinċipali hi waħda sempliċi, għen u qata x-xewqat ta' ħafna u ħafna familji Maltin.

Ħafna Maltin spiċċaw kienu huma l-protagonisti tal-programm. Jekk mhux huma, xi ħadd li jafu, xi ġara jew ħabib tagħhom. Il-programm mhux biss daħal f'kull dar Maltija imma għamel differenza lil ħafna nies f'ħajjithom. Dwar dan Rachel għaddiet kumment, "X'memorji sbieħ. ️Nimmsija dawn l-istejjer umani daqshekk kbar ... tassew kien programm sabiħ. Sempliċement uniku!"

Hi tkompli tgħid, "Żgur li ġegħelni nara l-ħajja minn perspettiva differenti. Konna dipendenti li npoġġu tbissima fuq wiċċ in-nies. L-għan komuni tagħna kien biss li ngħinu lil ħaddieħor u nġibu flimkien familji separati. Inkun grata għal dejjem għal dawk kollha li kkontribwew għas-suċċess tiegħu."

Rachel trodd ħajr lil kull min kellu sehem, "Il-protagonisti ta’ kull storja, dawk li nnominaw lill-protagonisti tagħna, il-crew tal-ġenn tagħna li ħadmu bla waqfien 24/7 wara l-kwinti, l-awtoritajiet kollha li dejjem kienu lesti biex jassistu kull meta jkollna bżonn l-għajnuna..."

HI tgħaddi l-aħħar ringrazzjament lejn kull min għen finanzjarjament biex dan ikun possibbli speċjalment lil ROCS Group li ffinanzjaw dan l-ispettaklu għal seba' snin sħaħa, "sabiex kull ħolma ssir realtà u għalhekk kull storja sseħħ." B'sentiment bħal dan, min jaf għax naraw xi ħaġa simili bħal Tista' Tkun Int fuq it-televiżjoni lokali minn Rachel Vella.

Facebook / Rachel Vella


Emil Calleja Bayliss