Pauline Agius, il-preżentatriċi ta’ F’Ilsien In-Nisa, ftit tal-jiem ilu qasmet ritratt mas-segwaċi tagħha fuq il-mezzi soċjali qabel marret sabiex tippreżenta s-serata tal-premijiet tal-ġurnalisti f’Malta. Minħabba dawn l-impenji ta’ xogħol, il-preżentatriċi ma kellhiex iċ-ċans li iddaħħal lit-tfal fis-sodda u tbushom qabel jorqdu. Mument fil-ġurnata li kull omm taf kemm hu speċjali fil-ġurnata.

Iżda Pauline tgħid li kif irritornat id-dar u rathom reqdin fil-paċi hi xi ħaġa ferm u ferm sabiħa. Illum il-ġurnata hawn ħafna u ħafna ommijiet jaħdmu, kultant ikollhom iħallu t-tfal jew ma’ missierhom jew inkella ma’ xi membru ieħor tal-familja. Għalkemm din saret in-norma, xorta hu ta’ sagrifiċċju għall-omm li titlef dawn il-mumenti prezzjużi minn mat-tfal tagħha.

Kull ġenitur, kemm l-omm u kemm il-missier jgħożżu l-mumenti mat-tfal tagħhom – tajjeb li fil-ħajja napprezzaw episodji bħal dawn. Żgur mhux forsi li bil-ħajja mgħaġġa li lkoll qed ngħixu, sirna nirrealizzaw kemm sekonda hi speċjali.


Emil Calleja Bayliss