Neil Spiteri (30) u Aaron Zammit (24) huma żewġt irġiel li għal dal-aħħar 15-il xahar kienu qegħdin l-Irlanda jagħmlu kors biex isiru uffiċjali tal-armata. Wara ħafna ħidma, il-Ħamis fil-kastell ta’ Dublin saret iċ-ċerimonja fejn minn kadetti ġew inawgurati bħala uffiċjali.

Fuq is-sit elettroniku irishtimes.com ġie żvelat li kemm Neil u kemm Aaron għandhom tfajla Maltija - u t-tnejn li huma ddeċidew li fl-aħħar taċ-ċerimonja jipproponu lil maħbubin tagħhom fl-istess ħin! It-tfajliet, Nadesh Barbara (27) u Amy Zammit (20) rispettivament, ħadu sorpriża kbira u aċċettaw il-proponiment.

proposal

Kemm Neil u kemm Aaron se jkunu qed jirritornaw lura Malta mat-tfajliet tagħhom biex  wara dan iż-żmien li għamlu mifrudin, fl-aħħar ikomplu jgawdu l-ħajja flimkien. Neil ammetta li ma kinitx faċli għalih biex jitrenja fil-bard u x-xita tal-Irlanda, speċjalment peress li hu daqshekk imdorri fit-temp sajfi ta’ Malta.

The Irish Times


Nicole Barbara