Minn 1,832, ħames kantanti Maltin minn The Voice Lab - Malta waslu fil-finali ta' Next Generation ġewwa t-teatru ta' Gardland bejn il-5 u 7 t'Ottubru! Dan il-programm ħa jixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin Taljani fil-jiem li ġejjin.

Il-ġurija professjonali kienet kompozota minn ismijiet magħrufa fil-qasam tal-mużika Taljana, fosthom awturi, kantanti, għalliema tal-kantu, rappreżentanti ta' aġenziji li jipproduċu l-kanzunetti u wkoll professjonisti fid-dinja tal-ispettaklu mużikali televiżiv.

Aiden Aquilina Cohen u Francesca Borg irnexxielhom jimpressjonaw lill-ġurija bi prestazzjonijiet impekkabbli tagħhom. Aiden kanta You Let Me Walk Alone, filwaqt li Francesca kantat Rise up.

Iż-żagħżugħ Aiden, li rajnieh jikkompeti fl-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision rebaħ l-ogħla premju fil-kategorija tiegħu u rnexxielu jiġi fl-ewwel post fil-kategorija Mini Next Generation Canto.

Mill-banda l-oħra Francesca ġiet mogħtija il-Premio Critica – premju prestiġġjuż fil-qasam tal-ispettaklu. Dan ikompli juri kemm it-talent ta' din it-tfajla ġie apprezzat ġewwa l-Italja u kellha diversi kliem ta' tifħir dwar il-wirja tagħha.

L-istudenti l-oħrajn minn The Voice Lab – Malta li waslu fis-serata finali ta’ Next Generation kienu: Timea Farr, Bradley Debono, Maya Cauchi u Elisa Andrea Muscat. Waħda mill-mistiedna speċjali tas-serata finali ma kienet ħadd ħlief il-kantanta Maltija Christina Magrin.

Christna ċertament li ħalliet impressjoni tajba bħal dejjem. Hi kellha l-privileġġ li tkun waħda mill-mistiedna speċjali ma' Moreno Donadoni, fost oħrajn. Moreno hu r-rapper Taljan li rebaħ it-12-il edizzjoni tas-sensiela popolari Amici.

F'isem Gwida.mt, nifirħu bi kbir lil dawn il-Malti tas-suċċess li kisbu! Tagħmluna kburin ferm!


Emil Calleja Bayliss