Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat żewġ każijiet ġodda wara li saru 1,693 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw 21 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela' għal 29,941 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 128. Mill-bidu tal-pandemija, Malta rreġistrat 30,486 każ u wettqet 900,491 test.

B'xorti tajba l-ebda mewt relatata mal-Covid ma ġiet irreġistrata matul l-aħħar 24 siegħa. Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 17 ta’ Mejju, ġew amministrati 430,508 doża tal-vaċċin lil diversi persuni fil-gżejjer. 286,709 minn dawn kienu l-ewwel dożi filwaqt li 147,667 persuna issa huma mlaqqma kompletament.


Emil Calleja Bayliss