Ilbieraħ Ira Losco u Sean Gravina kienu qed jiċċelebraw jum speċjali. Jum speċjali minħabba li fih mhux biss kienu qed jiċċelebraw ħames snin minn mindu l-koppja bdew joħorġu flimkien uffiċjalment, imma wkoll għax kienu qed jiċċelebraw għeluq snin it-tifel tagħhom Harry, li lbieraħ għalaq tliet snin.

Ritratt: Instagram / Ira Losco

F'post fuq l-istejjer ta' Instagram, Ira tellgħat ritratt ma' Sean biex taqsam mas-segwaċi tagħha li kienet ġurnata speċjali. Ċertament li l-artista tinsab għaddejja bl-aħħar preparamenti hekk kif illejla ħa tkun qed tkanta flimkien ma' Joseph Calleja fil-kunċert annwali tiegħu.

Ritratt: Instagram / Ira Losco

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Ira u Sean aktar u aktar snin ta' kuntentizza flimkien u nieħdu l-opportunità sabiex nawguraw liċ-ċkejken Harry f'għeluq sninu.

Instagram / Ira Losco


Emil Calleja Bayliss