Illejla AWLA ħa jiddiskuti s-separazzjonijiet u l-kustodja tat-tfal. Illejla jaqsam l-istorja tiegħu, il-preżentatur u sindku Wayne Aquilina.

Fuq il-mezzi soċjali, Wayne qal, "Illum, għażilt li niddiskuti fl-Awla, mhux għax jien xi espert, iżda għax bħal ħafna, għandi l-esperjenzi tiegħi. Is-separazzjoni, kemm jekk ta’ żwieġ u anke jekk ta’ relazzjoni, dejjem tħalli effett fuq il-persuna u n-nies ta’ madwarha, speċjalment jekk ikun hemm it-tfal."

Ritratt: Facebook / Wayne Aquilina

Hu jkompli jgħid, "Il-firda kulħadd iħossha u tkun xi tkun iċ-ċirkustanza, anke jekk diffiċli, nemmen li trid tadatta għaliha. Perfett m'iniex, żbalji nagħmel bħal ħafna, iżda llejla għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni ser nitkellem u niddiskuti kif inħoss li għal ġid ta’ ibni u għal partijiet kollha nvoluti ngħix is-separazzjoni tiegħi."

Wayne jtemm jgħid, "Forsi mhux kulħadd ser jaqbel mal-ideal tiegħi, imma dak inħalli f’idejkom biex tiddeċiedu! AWLA, illejla fuq ONE." Int ħa ssegwi?

Ritratt: Facebook / Wayne Aquilina

Facebook / Wayne Aquilina


Emil Calleja Bayliss