Meta persuna qrib tagħna tiġi nieqsa jew inkella tkun waslet viċin il-mewt, viċin li tibda l-vjaġġ dejjiem dawk ta' madwarha jaraw kif ħa jsibu l-komfort. Mhux kulħadd l-istess, il-kantanta li tinsab ġewwa Londra tistinka biex tagħmel il-ħolma tagħa reali Isabelle Luca Borg magħrufa aħjar bħala Żabel kitbet li sabet faraġ f'din il-kanzunetta f'dan il-mument tant diffiċli.

F'post verament personali fuq il-profil tagħha kitbet: "Sentiment daqshekk sabiħ. F’moħħi ħadnieha sabiex tara l-istilel u l-qamar għall-aħħar darba, dan għeni. Inħoss li għadni ma affaċjajtx ir-realtà kompletament u ħallejt l-emozzjonijiet joħorġu minħabba dak kollu li kien għaddej. Ladarba nidħol fil-post il-ġdid u jkolli kollox kif nixtieq, l-aħbar ħa tolqotni sew. Imma għalissa jien se nkompli u nġorrha miegħi.

L-interpretazzjoni tagħha fuq il-pjanu tal-kanzunetta Listen Before I Go ta' Billie Eilish hi waħda mimlija emozzjonijiet, emozzjonijiet imqanqlin li jmissu l-qalb ta' kull min hu mġarrab u għaddej minn żmien diffiċli wara t-telfa ta' xi ħadd għażiż.

Żabel Music


Emil Calleja Bayliss