Il-kantanta Żabel: "10 snin ilu kont sibt ruħi bilqiegħda ġol-banju waqt li l-għarus li kelli, li konna ilna flimkien sentejn kien qed jitlaqni fuq it-telefon għaliex aċċettajt li nieħu sehem fi programm televiżiv li kien jinvolvi kompetizzjoni tal-kant li kienet ser ddum għaddejja 12-il ġimgħa.Niftakar li tgħidlu li nixtieq li nkunu flimkien bħala għarajjes u mhux bħala ħbieb."

Hi tkompli tgħid: "10 snin ilu kont għadni kemm smajt lil Lady Gaga tkanta Poker Face fuq pjanu u kont għadni kemm rajt il-filmat ta' Bad Romance u niftakar li ħsibt, "Nista nkanta hekk! Jiena nista' nkun l-artista li rrid inkun!”

Ritratt: Tosh Marshall - Facebook / Żabel Music

10 snin minn dan kollu, jien għollejt idejja forma ta' bħala ġieħ lill-idolu tiegħi, l-ispirazzjoni tiegħi, l-omm monstru tiegħi, hekk kif spiċċajt inkanta Bad Romance fil-Hard Rock Cafe ġewwa Times Square Broadway fi New York City - fejn toqgħod hi.

Ritratt: Tosh Marshall - Facebook / Żabel Music

Żabel tagħlaq il-messaġġ tagħha: "10 snin minn dan kollu, smajt lilha u ninsab eżatt fejn għandi nkun." Jidher biċ-ċar li Lady Gaga ħalliet impatt kbir fuq ħajjet Żabel u ċertament ħafna artisti oħra li jipprometti fix-xena mużikali kemm lokali u anke dik internazzjonali.

Facebook / Żabel Music


Emil Calleja Bayliss