Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Puttinu Cares laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Yasmeem, tfajla ta’ 15-il sena li kellha tmur l-Ingilterra għall-kura. Għamlet ukoll 10 xhur fl-appartamenti ta’ Puttinu.

Huma qalu, “Yasmeen għandha 15-il sena u kellha tmur l-Ingilterra għall-kura. Għamlet 10 xhur fl-appartamenti ta’ Puttinu, imma llum hi ħafna aħjar u miexja ‘l quddiem! Fil-Ġimgħa l-Kbira, Yasmeen se tkun magħna tirrispondi t-telefonata tiegħek b’ferħ u gratitudni.”

Żiedu, “Ningħaqdu flimkien fit-18 t’April sabiex inlestu proġett ieħor fejn pazjenti u familji bħal ta’ Yasmeen ikunu jistgħu joqogħdu b’xejn u jdumu kemm idumu, sakemm jagħmlu l-kura kollha li jkollhom bżonn.


Charlton Cefai