Yada 'N' Heels kellhom jirtiraw minħabba kwistjoni tal-Covid-19 fil-grupp tagħhom. Sfortunatament mhux ħa jkollna l-pjaċir li naraw lil dawn it-tliet ġuvintur jiżfnu bit-tkaken u jpaxxu lil kulħadd b'korjografija mill-aqwa.

Il-ġurija kienu bejn ħaltejn jekk għandhomx jgħaddu huma jew inkella ż-żeffien Izzy, li kellu wirja mill-aqwa bit-takkuna. L-iżvantaġġ ta' Izzy kien li żifen waħdu u l-ġurija jidher li preferew li jagħżlu lit-trio fuqu. Sarah Zerafa verament xtaqet li żżomm lil Izzy.

Jidher li x-xewqa tagħha ħa ssir reali għax it-tim tal-produzzjoni ħabbar li Izzy ħa jkun qed jieħu post it-trio fis-semi-finali ta' Malta's Got Talent. Infakkrukom li s-semi-finali ħa jibdew mill-Ħadd li ġej, fejn għandna nistennew spettaklu mill-aqwa.

Intom lesti biex tivvutaw lill-favoriti tagħkom?


Emil Calleja Bayliss