Il-parteċipant li wasal sal-finali ta’ Malta’s Got Talent, fejn kiseb il-popolarità tiegħu bil-ħsejjes tan-nar tal-festa Joseph Mangion magħruf bħala “Il-Kapxi” ser ikun lura fuq it-televiżjoni llejla waqt il-programm Serataron li jixxandar fuq TVM.
Bla dubju li dan ser ikun qiegħed iferraħ u jnissel tbissima lis-segwaċi bil-karattru simpatiku tiegħu u wkoll ser ikun qed jagħtina spettaklu bl-imitazzjoni tiegħu tal-logħob tan-nar.
Flimkien mal-Kapxi ser tkun mistiedna waħda mill-judges ta’ X Factor Alexandra Alden, flimkien ma Grazielle Camilleri Ahlgren.
Ritratt / Malta's Got Talent