Il-koppja Omar u Joselene kellhom ix-xewqa li s-sindku tal-Belt Valletta iżewwighom. Fortunatament, din ix-xewqa saret realtà għalihom! 

Is-sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit tella’ ritratt mill-isbaħ tiegħu flimkien ma’ Omar u Joselene hekk kif hu żewwiġhom.

“Xtaqu li s-Sindku tal-Belt Kapitali Valletta iżewwighom u bis-saħħa mogħtija lili mill-Artikolu 15 tal-liġi taż-żwieg, lil Omar u Joselene iddikjarajthom miżżewġin skont id-dispozizzjonijiet kollha tal-liġi. Awguri minn qalbi,” huwa kiteb.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Omar u Joselene f’dan il-jum tant speċjali!

Facebook/Malta, News, Photos and People


Bernard Xuereb