L-artista Ira Losco tkellmet dwar is-sett li żgur li nissel tant u tant nostalġija waqt il-kunċert tal-Europride fuq il-Fosos tal-Floriana.

Ira tibda billi tgħid, "Xtaqt li s-sett tiegħi f'Europride jkun nostalġiku u jfakkar lill-partitarji veri fil-fażijiet f'ħajjithom li għexu minnhom meta ħarġu xi kanzunetti tiegħi."

Hi żżid, "Jien bħala artista bdilt u evolvejt mill-bidu tal-kant ta’ Spellbound, għal 7th Wonder b'mod sinifikanti ħafna għall-isfond aktar rock ta' Love Me or Hate me / Person I am, għall-ħoss aktar matur ta’ One In a million u Hey Now, hekk inbidlet l-udjenza tiegħi miegħi. Il-qawwa tal-mużika hija li immedjatament tittrasportak għal żmien ta' sabiħ jew li fih kellek xi konflitt lli esperjenzajt u jnissillek nostalġija."

Kien sett mill-aqwa li nieżel għasel ma' dawk preżenti b'diversi mill-udjenza jkantaw ma' Ira l-kanzunetti tagħha! Agħfsu HAWN biex tgħixu wħud mill-mumenti uniċi tal-wirja ta' Ira Losco.


Emil Calleja Bayliss