Il-prezentatriċi Clare Agius tkellmet dwar il-konkors ta’ Miss Malta li qanqal ħafna kontroversja.

“Xtaqt li Miss Żejtun tkun ir-rebbieħa,” kitbet Clare. “Iżda qabel tiktbu l-kummenti tagħkom, hemm żewġ affarijiet li għandkom tkunu tafu.”

“Jien biased għax qattajt dawn l-aħħar xhur nikkowċja lil Janei Desira biex tegħleb l-akbar sfida tagħha li kienet li titkellem pubblikament u tant inħossni kburi bil-qabża kbira li għamlet f’dan ir-rigward biex ma nsemmux il-grazzja naturali tagħha li hija bla rivali!”

“Sirt naf mara li ġiet għandi timida imma wrietni li permezz tad-determinazzjoni u x-xogħol iebes tagħha jiddi daqshekk!”

“Ir-raġuni l-oħra tiegħi biex tlabt li ma niġix iġġudikata fuq il-kummenti tiegħi f'dan l-istadju hija għax ħadni qed nirrifletti fuq dan kollu u għadni ma fformulajtx opinjoni konkreta.  B'dan kollu, Beatrice Njoya hija mara notevoli bi storja trijonfanti u m'hemmx dubju li se tkun influwenti biex tispira lill-mara biex tegħleb id-diffikultajiet u nawguralha l-aħjar!”

“In-nisa l-oħra kollha li pparteċipaw, prosit kbira għall-kuraġġ u l-qlubija tagħkom u komplu ispiraw kull meta u fejn tistgħu!”

Facebook/Clare Agius


Gwida.mt