Din il-vuċi minn fejn ħriġtha Charisse? Waħda mill-iżgħar parteċipanti li hemm din is-sena u verament kienet impressjonanti fl-aħħar fażi ta' Bootcamp. Donnu Charisse waħda minn dawk li l-audition tagħha għaddiet malajr ukoll.

Impossibli li ma tapprezzax vuċi bħal dik, għax kienet waħda inkredibbli. Ħasra li smajna biċċa żgħira biss... għax ċertament li t-talent ta' din it-tfajla hu wieħed kbir. Awguri Charisse, ħerqana nisimgħu aktar mingħandek!

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss