Ippreparaw ruħkom għal serata mimlija sorpriżi u divertiment hekk kif XOW jerġa' lura din il-Ġimgħa b’episodju spettakolari. Għall-ewwel darba, il-familja Maltija ta’ Peppa Pig se tiltaqa fuq is-sufan ta’ XOW.

F’dan l-episodju speċjali se naraw personalitajiet maħbuba Maltin;

  • Valerie Vella
  • Ludwig Farrugia
  • Eileen Montesin
  • Peppi Azzopardi

Barra minn hekk, niltaqgħu mat-tfal talentużi li jisilfu l-vuċi lil Peppa u George:

  • Janah Desira, il-vuċi ta’ Peppa, li se turi wkoll il-ħiliet mużikali u drammatiċi tagħha waqt dan il-programm.
  • Cain Saliba, il-vuċi ta’ George, li minkejja li għadu żgħir, huwa fan kbir tal-waterpolo ta’ Sliema, li se nkunu qed nirrikonoxxu waqt il-programm.

Dan il-kast straordinarju se jwassal episodju ġdid ta’ Peppa Pig miktub apposta għal XOW: Peppa Pig f'Milied Malti, fejn inkomplu niskopru t-tradizzjonijiet u l-ferħ tal-Milied f’pajjiżna. Ma’ dan kollu, se nilqgħu wkoll lil Ben Camille, wieħed mill-produtturi wara l-verżjoni lokali ta’ Peppa Pig, li se jmexxi logħba umoristika ta’ Family Feud bejn Mama Pig u Papa Pig kontra Nanna Pig u Nannu Pig!

Ingħaqad ma’ Ron Briffa u Jacqui Losco il-Ġimgħa fid-20:45 fuq TVM għal serata ta’ daħq, sorpriżi, u divertiment għall-familja kollha. Barra minn hekk, tista’ tirbaħ iPhone 16 ġdid fjamant! Tħallihiex taqbiżlek – XOW qed iġib l-aqwa spettaklu tal-Milied!


Gwida.mt