Sandro, ir-raġel ta' Glen, illum jiċċelebra għeluq sninu u f'dan il-jum Glen ma setax ma jiktiblux messaġġ ħelu sabiex jawguralu f'dan il-jum mill-isbaħ!

Il-koppja ilhom flimkien għal dawn l-aħħar 20 sena, infatti Glen jikteb lil Sandro, "Happy Birthday lilek ħawħa. Illum niċċelebraw għeluq it-38 sena tiegħek. Xortija tajba li qattajt 20 minnhom miegħek, nistenna bil-ħerqa li nixjieħ miegħek. Inħobbok għażiż."

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Sandro l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum kif tassew jixraqlu. Awguri mill-qalb!

Facebook / Glen Vella


Emil Calleja Bayliss