It-tabib Frank Portelli qed jgħaddi l-messaġġ biex fejn hemm bżonn tingħata doża ta' vaċċin ieħor tal-Covid-19. Bħalissa l-AstraZeneca qed tiġi investigata f'aktar dettall u għalkemm ma ġietx imwaqqfa ħafna pajjiżi qed jieħdu diversi prekawzjonijiet sabiex jassiguraw is-saħħa tal-poplu tagħhom.

Hu qal, "Xjenza tal-ovvju. Agħtu t-tieni doża ta' vaċċin differenti mhux biss taħdem iżda tistimula sistema immunitarja li diġà qed taħdem u żżid ir-rispons. Issa l-Ġermanja qed tagħmel dan ukoll."

Hu qasam artiklu fejn juri li l-Ġermanja qed tagħti tilqima differenti lil dawk ta' taħt is-60 sena, li ħadu l-AstraZeneca bħala l-ewwel tilqima tagħhom. Taħseb li pajjiżna għandu jagħmel dan ukoll?

Facebook / Frank Portelli


Emil Calleja Bayliss