Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-kantant lokali Aldo Busuttil. Lura fl-2001, Aldo ddebutta bħala solist fl-iStudents Festival tal-Università ta’ Malta, u iktar tard sar artist regolari fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju Maltin.

Il-kantant ikkompeta fil-Malta Song For Europe matul is-snin bil-kanzunetti, Addio Ciao (2005), Tonight at the Opera (2009), bħala parti minn Clessic Rebels,  u Pizzicato (2010).

Kienu ħafna li awguraw lil Aldo fil-ġurnata speċjali tiegħu, u fuq Facebook kiteb "Xjaħna sena oħra. Minn qalbi grazzi tal-messaggi tagħhom. Se nagħmel mezz li nirrispondi lil kulħadd. Saħħiet!" Xerred anke ritratt għall-okkażjoni.

Awguri mill-qalb Aldo! Nixtiqulek ħafna iktar snin ta' saħħa, hena, suċċessi u dak kollu li tixtieq qalbek! 

Facebook/ Aldo Busuttil


Kyle Zarb