Bejn għada t-Tlieta u l-Ġimgħa li ġej, 18-il lokalita madwar il-gżejjer Maltin mistennija jkollhom toroq bi qtugħ ta’ dawl ippjanat din il-ġimgħa minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-grid tal-elettriku tal-pajjiż.

L-Enemalta ħadet ħsieb tippubblika lista tal-lokalitajiet kollha li se jkunu affettwati minn dawn ix-xogħlijiet. B'dan il-mod, int ukoll tista' tippjana bil-quddiem.

Dawn ix-xogħlijiet isiru regolarment biex jiġi żgurat li l-grid nazzjonali tal-elettriku tal-gżira topera b’mod sigur. Se jiġu affettwati biss toroq magħżula mill-lokalitajiet li ġejjin.

Hawnhekk hawn il-lista sħiħa taż-żoni affettwati.

It-Tlieta 21 ta’ Ġunju:

  • L-Imġarr mill-04:30 sa 12:00
  • Mosta mill-04:30 sa 12:30
  • Ħal Tarxien mis-07:00 sas-13:00
  • Attard mis-07:00 sa 12:00
  • San Ġiljan mit-08:00 sas-13:00 u mit-08:00 sa 12:00
  • Siggiewi mit-08:00 sa 12:00
  • In-Nadur mit-08:30 sa 12:30
  • Naxxar mid-09:00 sas-13:00
  • Il-Kalkara mis-07:00 sal-11:30
  • Birkirkara mit-08:00 sa 12:00

L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju:

  • Iklin mill-04:30 sat-08:30
  • Ħal Qormi mis-06:00 sa 12:00
  • Birzebbuga mit-08:00 sa 12:30
  • Marsaxlokk mit-08:00 sa 12:30
  • In-Naxxar mill-04:30 sat-8:30
  • Ħal Tarxien mis-07:00 sas-13:00
  • Ħal Balzan mill-04:00 sal-10:00

Il-Ħamis 23 ta’ Ġunju:

  • Ħal Kirkop mid-09:00 sas-13:00
  • Żurrieq mid-09:00 sas-13:00
  • In-Naxxar mill-04:30 sal-11:59
  • Safi mis-06:30 sal-11:45
  • Mosta mit-08:30 sal-11:59

Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju:

  • Mosta mill-04:30 sat-08:30

IkklikkjaHAWN biex tiċċekkja t-toroq milquta. Jekk tixtieq tkun aġġornat permezz ta' SMS kull meta xogħlijiet ta' manutenzjoni tal-Enemalta jkunu qed jaffettwaw it-triq tiegħek, ibgħat in-numru tal-karta tal-identità tiegħek lill-kumpanija fuq +356 7905 2492.

Dan is-servizz jaħdem biss jekk diġà għandek kont mal-Enemalta.


Kyle Zarb