Illum il-klijenti kollha tal-Melita esperjenzaw qtugħ fil-provista tal-Internet jew Internet b'veloċita minima ħafna. Dan wara li ġiet iħekjatha minn kriminali tal-internet biex jieħdu xi flus. Ħafna mis-servizzi għall-klijenti qed jerġgħu jiġu għan-normal imma l-attak għadu hemm u l-ħaddiema tal-Melita qed jaħdmu qattigħ biex jirranġaw is-sitwazzjoni. 

Attaki bhal dawn isiru ta' spiss imma dan tal-lum kien wieħed mill-aktar sofistikati. Dan hu fenomenu li qed jiġri mad-dinja kollha fejn kriminali jattakaw operaturi u jipprovaw jieħdu l-flus.

Grazzi għall-isforzi li l-Melita qed jagħmlu b'investiment kbir fejn tidħol is-sigurtà diġitali, dawn l-attaki ssoltu jiġru mingħajr ma jtellfu l-operat. Imma dak tal-lum kien wieħed b'saħħtu u ħafna konsumaturi ġew affetwati.  


Anthony Baldacchino