Waħda mill-personalitajiet magħrufin Maltin li għadha kif iggradwat hija Claudia Faniello! Claudia kisbet diploma fil-facilitating inclusive education mill-Università ta’ Malta.

Claudia qalet lil Gwida.mt: “Emminni ilni noħlom biha mindu kont tfajla, għax peress li l-mużika ħadet over, l-iskola kellha tiġi t-tieni.”

claudia
Ritratt:Facebook/Claudia Faniello

“Però dejjem kont narani nagħmel xi ħaġa akademika u xi ħaġa li ttini lura daqs kemm ittini lura l-mużika. Xi ħaġa li nqum kull filgħodu u ngħid li qed nagħmel jiswa għal xi ħaġa, qed naffetwa l-ħajjiet ta’ ħaddieħor bħalma jaffetwaw tiegħi”

Rigward pjanijiet għall-futur, Claudia qalet li bħalissa  għaddejja bid-degree ma’ skola privata bl-isem ta’ Malta Leadership Institute. ’Il quddiem forsi tagħmel il-Masters ukoll!

claudia
Ritratt: Facebook/Claudia Faniello

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook, Claudia tefgħet bosta ritratti sbieħ bħala tifkira ta’ dan il-jum speċjali. Fosthom hemm ritratt m’ommha Anna. Bla dubju li f’kull ritratt Claudia tidher ferħana se ttir.

claudia
Ritratt: Facebook/Claudia Faniello

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida kollu nixtiequ nawguraw lil Claudia ta’ dan is-suċċess f’ħajjitha. Prosit ħafna Clau, żgur li s-sagrifiċċji ma sarux għalxejn!


Nicole Barbara