Diane Nikolic żgur li mhux wiċċ ġdid, hi tieħu ħsieb id-dehra u l-irtokk ta' kantanti bħal Ira Losco, Michela u Destiny fost ħafna u ħafna oħrajn. Il-partner tagħha mhu ħadd ħlief l-attur komiku Ray Attard u mhux l-ewwel darba li ġibna filmat tagħhom flimkien.

Peress li bħalissa dal-ħwienet tal-irtokk qegħdina magħluqa, Diane ddeċidiet li tieħu filmat ta' kif wieħed jista' jagħmel Mini-Facial hu stess minn ġewwa d-dar tiegħu. Imma kif ħa tibda tiffilmja kellha interruzzjoni żgħira. Araw ftit x'ġara hawn fuq.


Emil Calleja Bayliss