Matul is-siegħat li għaddew, it-tielet fażi tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta, ġiet iffilmjata. Il-fażi hija dik taċ-Chair Challenge.
Jidher li Alexandra Alden, waħda mill-ġurija li ser tirritorna għal din is-sena, sabita ftit diffiċli biex tagħżel is-sitta li ser tieħu magħha għall-fażi li jmiss.
Fuq Instagram hekk tat x’tifhem, filwaqt li semmiet ukoll l-ikel tan-nanna bħala metafora għal dan:
Xi deċiżjonijiet huma aktar faċli u ċari minn oħrajn…Xi kultant jiġu viċin ħafna għalhekk id-deċiżjoni tiġi aktar suġġettiva. Jekk hemm ħaġa waħda li tgħallimt f’ħajti, mhux kollox hu ċar daqs l-iswed u l-abjad.
Trid tagħmel dak li tħoss, iżda kultant l-unika ħaġa li tħoss huwa ġuħ, jew inkella li nfqajt. Kultant tkun kilt iżżejjed u n-nanna tibqa tinsisti biex tieħu aktar deżerta. Imbagħad x’tagħmel? Tiksrila qalba? Leeee. Tkompli tiekol imbagħad tara l-għada.
Insomma. L-punt tiegħi għamiltu. L-isfida taċ-Chair Challenge għaddiet u issa jmiss Judges’ Houses nies!
Grazzi talli ngħaqadtu magħna. Kontu udjenza parteċipattiva!
Fl-ewwel staġun t’X Factor Malta, Alexandra kienet waħda mill-aktar ġurija kontroversjali b’diversi deċiżjonijiet u kummenti li t-telespettaturi u l-udjenza ma qablux magħhom.
Tgħid dak li kitbet fuq Instagram huwa ħjiel li l-kontroversji se jkomplu fit-tieni staġun?
X Factor Malta jirritorna nhar il-Ħadd 6 t’Ottubru fuq Television Malta, bl-ewwel fażi tkun dik tal-auditions.
Facebook / @alexandraaldenn